Aktar minn 100 persuna nħatfu mill-militanti Talibani wara li l-istess grupp waqqaf xarabank fit-Tramuntana tal-Afganistan.Il-forzi tas-sigurtà marru qrib iż-żona ta’ Kunduz fejn bħalissa qed jippruvaw iwaqqfu lill-militanti.
Dan wara li lbieraħ il-Gvern kien lest li jwaqqaf l-isparar fuq numru ta’ kundizzjonijiet.
Il-President Ashraf Ghani qal li din l-ordni se tkun qed tidħol fis-seħħ mit-Tnejn jekk it-Talibani laqgħu dan il-qbil, iżda s’issa ma kien hemm ebda risposta.