BIL-FILMAT: Mara mill-Gżira titlef ħajjitha f'inċident b'mutur | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Mara mill-Gżira titlef ħajjitha f’inċident b’mutur

Mara ta’ 63 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’ħabta bejn xarabank u mutur fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-16.20 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa.

Il-Pulizija qalet li coach , li kienet kienet qed tinstaq minn raġel ta’ erbgħin sena minn Birkirkara, ħabtet ma’ mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ tnejn u ħamsin sena mir-Rabat.

Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm il-mara ta’ tlieta u sittin sena residenti l-Gżira.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata mejta.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Filmat: Edward Montebello

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend