ARA: Kuntratti ta' miljuni kbar ingħataw lil tal-qalba | One News

Notifiki

ARA: Kuntratti ta’ miljuni kbar ingħataw lil tal-qalba

Dokumenti li għandha f’idejha l-gazzetta Kullħadd juru kif fil-qasam tal-anzjani, kien hemm żmien fejn il-kuntratti ta’ miljuni kbar ta’ ewro kienu jingħataw sempliċiment b’direct order deċiża mill-politiċi.

Wieħed mill-każi imur lura għal-2002 fejn il-kumpanija Healthcare ta’ Żaren Vassallo ngħatat it-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun. F’dan iż-żmien, il-kumpanija ta’ Żaren Vassallo kellha f’idejha l-bini tad-Dar Ċentrali.

It-tmexxija ta’ din id-Dar tal-Anzjani ngħatat b’direct order, dan ifisser li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni fl-għażla għal kuntratt. Permezz ta’ din id-direct order, Vassallo għadu jmexxi s’issa din id-dar tal-anzjani.

Kien l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, li dak iż-żmien fl-elfejn u tnejn kien Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista li ried jgħatti kuntratt lil kumpanija ta’ Vassallo.

Gonzi kiteb lill-Kabinet li hu s-Segretarju Parlamentari li kien responsabbli taħtu kien diġa’ ddiskuta mal-kumpanija ta’ Żaren Vassallo biex jara kinetx interessata tieħu t-tmexxija ta’ Vassallo biex timplimenta t-tmexxija kif għamlet f’dik ta’ Bormla. Gonzi kien ħerqan sabiex din id-direct order tkun f’idejn Vassallo.

Fl-2013, fl-aħħar jiem ta’ Gvern Nazzjonalista, ġie assigurat li l-kumpanija ta’ Vassallo tibqa’ tmexxi din id-dar sal-2028.

Il-gazzetta Kullħadd fissret kif bil-kuntrarju, illum l-affarijiet mixjin b’mod differenti hekk kif kuntratti bħal dawn jaqgħu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Kuntratti, fejn joħorġu sejħa għall-offerti, li jfisser li hemm il-kompetizzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis indirizza l-kritika li saret riċentament dwar il-kuntratt f’San Vinċenz De Paul li se jgħin biex ikunu indirizzati b’mod dirett il-waiting lists għad-djar tal-anzjani. Decelis spejġa kif kif f’dan il-każ l-affarijiet saru b’mod miftuħ ferm aktar milli kien issir taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Qal ukoll li kollox sar skont ir-regoli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend