Jittajjar żagħżugħ minn fuq rota f'Birkirkara | One News

Notifiki

Jittajjar żagħżugħ minn fuq rota f’Birkirkara

Tifel ta’ 14-il sena ntlaqat minn karozza fi Triq Fleur-De-Lys Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-20:45.

Sorsi qalu lil One News li s-sewwieq tal-karozza Mazda Demio kien qiegħed isuq direzzjoni lejn il-wied ta’ Birkirkara viċin stabbiliment tal-ikel. Jidher li s-sewwieq li huwa raġel u li għandu aktar minn 61 sena kien qiegħed isuq meta f’daqqa ħariġlu ż-żagħżugħ bir-rota minn Triq oħra. Kawża tad-daqqa iż-żagħżugħ waqa’ minn fuq ir-rota u spiċċa fuq il-bonett tal-karozza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei. Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend