ARA: Il-Ministru Owen Bonnici jżur l-aħħar tħejjijiet għall-Karnival tas-Sajf illejla f’Marsaskala – One News

Notifiki

ARA: Il-Ministru Owen Bonnici jżur l-aħħar tħejjijiet għall-Karnival tas-Sajf illejla f’Marsaskala

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar l-aħħar tħejjijiet għas-serata finali tal-Karnival tas-Sajf li se tittella’ llejla f’Marsaskala. Hemmhekk huwa ltaqa’ mal-organizzaturi mmexxija minn Jason Busuttil, is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja u wħud mill-partecipanti.

Tnax-il kumpanija se jieħdu sehem fil-Karnival tas-Sajf llejla f’Marsaskala u mijiet ta’ persuni se jkunu involuti fil-programm li hemm mħejji għal-lejla.

Din hija s-sitt sena konsekuttiva li qed isir il-Karnival tas-Sajf u hija t-tielet sena li s-serata finali ssir f’Marsaskala, bl-ewwel jumejn ta’ dan l-ispettaklu jkunu mtellgħing f’Buġibba b’suċċess kbir.

Il-Ministru Bonnici rringrazzja lil kull min kien involut f’din il-festa ta’ kuluri u talent artistiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend