Aġġornat: Attentat ta' serqa f'ħanut f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

Aġġornat: Attentat ta’ serqa f’ħanut f’Tas-Sliema

Raġel ġie arrestat wara li daħal jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Tigne. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15.30 ta’ wara nofsinhar fl-istabbiliment The Point.

Sorsi qalu lil dan l-istazzjoni li l-ħalliel kien armat b’imqass, u prova jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ sportivi.

Iżda l-ħalliel twaqqaf minn sid il-ħanut, li qabdu jisraq fil-fatt. Fuq il-post issejħu l-Pulizija li arrestaw lis-suspettat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend