ARA: €14,000 mill-Imġarr: Mhux irkant iżda għotja ta' karità u mħabba | One News

Notifiki

ARA: €14,000 mill-Imġarr: Mhux irkant iżda għotja ta’ karità u mħabba

Mat-tokki ta’ 12:00 u mat-talb tal-Angelus mill-poplu Mġarri, il-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo laqa’ 3 gruppi ta’ reffiegħa li ta’ kull sena, hija tradizzjoni li joffru ammont ta’ flus biex ikunu jistgħu jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija.

Il-Kappillan aċċenna li din mhux irkant iżda bdiet fl-1922, meta kien baqa’ biss 16-il lira ta’ dak iż-żmien biex tinġabar l-istatwa, u l-kappillan ta’ dak iż-żmien talab lir-reffiegħa biex jgħinuh biex jinġabru l-flus.

Kien minn hemm li żvolġiet din it-tradizzjoni li qed tqarreb il-100 sena, u li llum, apparti għall-ispejjeż tal-festa, ammont ta’ flus imur ghall-karità u anke gruppi li jagħmlu ġid fosthom l-Għaqda Bibblika.

Illejla se jkun hemm 8 reffiegħa u 4 forċini. B’kollox ir-reffiegħa offrew €14,000. L-offerta ta’ din is-sena bdiet minn €10,000

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend