ARA: L-iktar jum bieżel fl-ajruport | One News

Notifiki

ARA: L-iktar jum bieżel fl-ajruport

B’mija u tmenin titjira, fil-jum tal-Ħadd l-ajruport fetaħ il-bibien tiegħu għal madwar tmienja u għoxrin elf passiġġier biex b’hekk din kienet meqjusa bħala l-iktar ġurnata bieżla tas-sena fl-ajruport.

ONE News żar l-ajruport sabiex naraw għal liema raġuni dawn il-passiġġieri kollha jivjaġġaw f’dan iż-żmien tas-sena. Ir-risposta kienet waħda sempliċi għall-aħħar. Il-vaganzi.

Numru kbir ta’ Maltin ħatfu l-opportunita u taru lejn xtajta oħra, qasira kemm hi qasira l-btala u min-naħa l-oħra, it-turisti sfruttaw ix-xemx qawwija u t-trankwillita li jkun hawn f’pajjiżna f’dawn il-jiem tas-sajf.

Waqt iż-żjara tagħna ltqajna ma’ numru ta’ Maltin-Awstraljani li ġew iqattgħu btala twila f’pajjiżna waqt l-istaġun tal-festi:

Ġejna fl-aħħar ta’ Mejju u qgħadna sal-lum imma ħadna veru gost għax Malta sabiħa ħafna u ħadna pjaċir u dejjem ngħumu u rajna l-familja – u l-festi – u issa back to Australia.” “Niġu għall-festa għas-sajf, ġejt fit-2013, 2016, 2018, nieħdu pjaċir naraw il-festa tal-Ħamrun.” “Għandi sitta ħuti u ħija wkoll jgħixu hawn Malta u kull tlett snin ninżlu biex nieħdu pjaċir nijjoinjawhom għax kollha qegħdin nikbru issa hux veru, u s-summer jogħġobna imma nsibuh iktar sħun minn tal-Awstralja pero nieħdu pjaċir ħafna u jiddispjaċini imma kollox irid jasal, għandna tlett xhur.

Kienu ħafna dawk it-turisti li faħħru l-ospitalita tal-Maltin u esprimew kif kienu sorpriżi bil-kultura Maltija u bix-xenarju naturali tal-gżejjer.

Very nice city, beautiful, clean, good people. I would recommend it to anybody.” “We had a wonderful time and just I don’t know, we heard it was a good country to come and visit and we had a lovely time.” “The people are very friendly and we enjoy every minute, thank you very much.” “This is my first time – this is my third time. So we have Maltese parents, like one of the parents each and we just love the beach, the culture, I suppose it’s in our culture. We love the food and the people . And will you be visiting again? One day. It’s a long way but one day, yes.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend