ARA: Ħidma biex isalvaw fjamingu mwaħħal ma cable tad-dawl | One News

Notifiki

ARA: Ħidma biex isalvaw fjamingu mwaħħal ma cable tad-dawl

Matul il-lejl li għadda fjamingu tgħaqqad ma cable tad-dawl 33KV li jinsab għaddej mill-Mellieħa.

Wara li l-uffiċjali tal-Enemalta qatgħu id-dawl tal-akwati u assiguraw li ma kienx baqa’ kurrent fil-wires, membri tal-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ tower ladder telgħu u niżżlu l-fjamingu u għaddewh lill-volontiera tal-Birdlife li ħadu l-għasfur għall-kura.

Il-Protezzjoni Ċivili spjegat kif din kienet ħidma delikata ħafna minħabba li l-għoli li ħadmu minnu u minħabba li l-vultaġġ li kien għaddej minn dawk il-cables kien perikoluż ħafna.

Ritratti: CPD

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend