10% tal-infermiera fl-ITU huma tqal f'Arizona | One News

Notifiki

10% tal-infermiera fl-ITU huma tqal f’Arizona

Jidher li qed tiżdied sew it-tqala fi sptar f’Mesa f’Arizona, fejn sittax-il infermiera qed jistennew tarbija.

Numru li jfisser għaxra fil-mija tal-istaff tal-infermiera fit-taqsima tal-kura intensive.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, in-nisa ċċajtaw li jista jkun li hemm xi ħaġa fl-ilma, jew forsi pjan konġunt biex ikollhom il-vaganzi tal-Milied bla xogħol.

L-ewwel wild tal-grupp huwa mistenni f’Settembru filwaqt li l-aħħar wieħed għandu jkun f’Jannar.

L-istaff se jorganizza baby shower konġunt għan-nisa kollha l-ġimgħa d-dieħla, qabel ma jibdew joħorġu bit-tnax-il ġimgħa leave tal-maternita.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend