Membri tal-Iscouts minn tliet pajjiżi jingħaqdu f'Malta għal għadd ta' attivitajiet | One News

Notifiki

Membri tal-Iscouts minn tliet pajjiżi jingħaqdu f’Malta għal għadd ta’ attivitajiet

Sebgħa u sittin membru tal-Iscouts minn Malta, l-Portugall u l-Ġermanja ingħaqdu flimkien f’pajjiżna għal għaxart ijiem ta’ attivitajiet bit-tema ‘Island Explorer’.

Dan l-iskambju kulturali, organizzat mill-Grupp tal-Iscouts ta’ Santa Venera, involva jiem ta’ attivitajiet fejn il-parteċipanti tgħallmu dwar il-kulturi u l-użanzi ta’ xulxin, u f’sett ta’ attivitajiet, żaru l-perjodi differenti tal-istorja ta’ Malta: minn żmien il-preistorja sal-ġurnata tal-lum.

L-attività saret b’finanzjament mill-EUPA minn fondi tal-Erasmus+, u ttellgħet fl-isfond tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għal Valletta Elfejn u Tmintax Deo Debattista faħħar il-prinċipji tal-Iscouts, li hu stess kien jagħmel parti minnhom, u tenna l-importanza li għandha tingħata l-kultura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend