ARA: X'wassal għall-ħruq fil-Maqluba? | One News

Notifiki

ARA: X’wassal għall-ħruq fil-Maqluba?

L-ERA ħadmet bla waqfien flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq nirien li ħakmu fil-Maqluba li hija sit ta’ protezzjoni tas-siġar u anke sit speċjali għall-konservazzjoni ta’ importanza internazzjonali.

Uffiċjali mill-ERA spezjonaw is-sit bosta drabi waqt li persuni mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili komplew jiġġieldu kontra n-nirien speċjalment fi mkejjen daqsxejn krepattivi.

Biex isir studju ta’ xi ħsarat hemm, irid jintefa’ n-nar kollu.

Sadanittant, l-ERA tinsab f’kuntatt ukoll mal-pulizija biex tistabilixxi l-kawża ta’ dan il-ħruq filwaqt li se tibqa’ disponibbli li tassisti f’li jkun hemm il-ħtieġa, waqt l-investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend