Tiftakruhom dawn ix-xeni? | One News

Notifiki

Tiftakruhom dawn ix-xeni?

Xeni ta’ pajjiż li kien imsieħeb fl-Unjoni Ewropea iżda mgħaddas fl-għanqbud li kien minsuġ għas-spejjeż tal-libertá tal-espressjoni.

Tmien snin wara li d-dramm kontroversjali Ingliż Stitching ma tħalliex jittella’ f’Malta b’ordni tal-Qorti, finalment il-pubbliku Malti se jkun jista’ jarah.

Dan id-dramm bi produzzjoni ta’ Adrian Buckle huwa bejn żewġ atturi li se jagħtu stampa ta’ koppja li tidħol fi kwistjonijiet morali u etiċi.

Id-dramm artistiku joffri xeni vulgari u b’saħħithom ħafna, kif jispjega fuq fuq id-direttur tad-dramm.

Li din il-koppja li dejjem tiġġieled, dejjem ikollhom il-ġlied bejniethom f’mument minnhom jsiru jafu li se jkollhom tarbija. U minn hemm iridu jieħdu deċiżjoni, din hija koppja Ingliża u allura l-issue tal-abort joħroġ hawnhekk ukoll.

Dan id-dramm se jittella’ ix-xahar id-dieħel fl-istudjo tat-Teatru Manoel.

Fost l-oħrajn se jkun jista’ jittella’ wara li kien hemm bidliet fil-liġi taċ-ċensura li daħlu fis-seħħ daqs tlett snin ilu.

Il-Ministru Owen Bonnici li kien strumentali biex daħlu dawn il-bidliet fil-liġi taċ-ċensura spjega kif l-arti m’għadhiex bis-sarima ma’ ħalqha.

Il-fatt illi din il-play Stitching ħa titella’ hija fiha innifisha prova ta’ kemm inbiddlu l-affarijiet minn tmien snin ilu sal-lum. Huwa faċli titkellem fuq tisħiħ tad-demokrazija imma l-ħila hija li tagħmel affarijiet li jsaħħu d-demokrazija u libertá tal-espressjoni. Jiena kburi ħafna illi taħt dan il-Gvern plays bħal dawn ikunu jistgħu jittellgħu u ċ-ċensura saret xi ħaġa tal-imgħoddi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend