ARA: Mixli li qatel ġuvni b'jet ski waqt li allegatament kien xurban u taħt l-effett tad-droga | One News

Notifiki

ARA: Mixli li qatel ġuvni b’jet ski waqt li allegatament kien xurban u taħt l-effett tad-droga

Gerrit van der Veen ta’ 19-il sena ngħata ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju ta’ sieħbu, Mart De Ruiter, bil-jet ski fil-15 ta’ Awwissu li għadda. Van der Teen kien akkużat ukoll li saq il-jet ski bi traskuraġni, u li saq taħt influwenza tal-akoħol u d-droga.L-Olandiż tressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja llum, wara li jumejn ilu laqat lil sieħbu b’jet ski fil-bajja ta’ San Ġorġ u qatlu. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Jidher li ż-żewġ ġuvintur kienu qed isuqu jet skis separati, u li l-akkużat tilef il-kontroll u ħabat fil-jet ski ta’ sieħbu.

Van der Veen falla minn test tal-breathalyser ftit war l-inċident iżda insista li kien xorob alkoħol biss il-lejl ta’ qabel.

Il-Maġistrat Bugeja qal li dan kien inċident sfortunat u laqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest, b’depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000

Iż-żagħżugħ deher ħiereġ mill-Qorti mmanettjat u b’wiċċu mgħotti wara li jidher li ma kellux flus biżżejjed biex iħallas id-depożitu għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend