L-Istati Uniti b’theddida ta’ iktar sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija – One News

Notifiki

L-Istati Uniti b’theddida ta’ iktar sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija

L-Istati Uniti qed thedded li se timponi iktar sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija jekk ma teħlisx qassis Amerikan li qed jinżamm arrestat.

Il-qassis Andrew Brunson ilu jinżamm fit-Turkija għal madwar sentejn fuq allegazzjonijiet li xerred informazzjoni lil għaqdiet politiċi.

Kawża ta’ dan, l-Amerika u t-Turkija kienu qed jimponu tariffi żejda fuq negozjar bejniethom. Dan ma għin xejn il-kriżi li qed taffaċċja l-lira Torka bħalissa, li tilfet kważi nofs il-valur tagħha minn Jannar sa issa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend