Kumpens għal koppja waqt tieġ fejn mar kollox ħazin | One News

Notifiki

Kumpens għal koppja waqt tieġ fejn mar kollox ħazin

Koppja li l-ġurnata tat-tieġ tagħha ġiet imtappna minħabba qtugħ tal-provvista tal-elettriku fejn is-sala tat-tieġ ma kelliex generator jaħdem sew rċeviet kumpens.

Fil-Qorti ġie spjegat li lejliet l-Indipendenza ta’ ħames snin ilu, nqata’ d-dawl u s-sidien tas-sala Castello dei Baroni provdew generator, iżda dan beda jaqta. B’kollox qata’ sitta darbiet u kull darba li jinqata’ kien jagħmel storbju sħiħ.

Fil-Qorti xehdu diversi nies li kienu preżenti għat-tieġ fejn spjegaw kif saħansitra l-kejk tat-tieġ kellu jinqata’ f’post barra, fejn kien hemm roqgħa dawl.

Dan b’riżultat li l-għarusa, bil-libsa tat-tieġ kellha titla’ xi taraġ u toqgħod b’seba’ għajnejn biex timxi fid-dlam u ma taqax fil-pixxina li kien hemm.

Intqal ukoll li l-ikel tat-tieġ beda jiġi servut tard konsegwenza tal-qtugħ fid-dawl u qarib tal-koppja miżżewġa friska provda dawl hu stess.

Filwaqt li l-koppja talbet għal kumpens ta’ €3,000, il-Qorti ordnat lis-sidien tas-sala tat-tieġ biex iħallsu ftit inqas minn €2,000.

Dan fid-dawl li l-koppja kienet intitolata minn rifużjoni tal-VAT.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend