ARA: Jitnieda l-premju Anzjanità Attiva għall-2018 | One News

Notifiki

ARA: Jitnieda l-premju Anzjanità Attiva għall-2018

Tnieda l-Premju Anzjanita Attiva ghall-2018.

L-għan huwa li jiġu rikkonnoxxuti anzjani u organizzazzjonijiet li jaħdmu sabiex ikollna anzjanità attiva fis-soċjetà tagħna.

B’kollox hemm seba’ premji; minnhom tlieta huma ġodda fosthom premju mudell ideali u premju anzjanità kulturali.

Is-sena li għaddiet is-segretarjat irċieva tmenin applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mis-segretarjat parlamentari għall-persuni b diżabilità u anzjanità attiva l-Belt Valletta, mill-kunsilli lokali jew minn fuq is-sit http://activeageing.gov.mt.

L-applikazzjonijiet jgħalqu fl-14 ta’ Settembru sabiex il-bord imexxi mill-Professur Carmelo Borg jevalwaw l-applikazzjonijiet u jiġu rikkonoxxuti l-anzjani għal ħidma tagħhom.

Is-segretarju parlamentari għall-anzjanità attiva Anthony Agius Decelies qal li l-anzjani ikun attivi fis-sojetà, hija fiċ-ċentru tal-politika tal-gvern. Qal li dan ir-rikkonoxximent inqiedgħu fuq pedastal misħuq lill-ħidma tal-anzjani tagħna.

Il-Premji jingħataw f’Ottubru fix-xahar iddedikat għall-anzjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend