Il-Qraba tal-vittmi li mietu f'Ġenova ma jridux funeral statali | One News

Notifiki

Il-Qraba tal-vittmi li mietu f’Ġenova ma jridux funeral statali

Inqas minn nofs il-qraba tal-vittmi li tilfu ħajjithom f’Ġenova wara li ċeda pont aċċettaw l-offera ta’ funeral statali, minħabba rabja lejn il-Gvern Taljan. 38 persuna tilfu ħajjithom wara li l-pont Morandi ċeda t-Tlieta. 

Il-midja Taljana qed tirrapporta li 14 mill-vittmi se jindifnu fil-funeral statali għada, u li 7 familji oħra għadhom iridu jwieġbu jekk aċċettawx l-offerta jew le.

Omm li tilfet lil binha f’din it-traġedja ddeskriviet l-offerta bħala waħda “tal-mistħija”, u li l-politiċi Taljani m’għandhomx jersqu lejn il-funeral tal-vittmi.

“Uliedna m’għandhomx ikunu skuża għal wirjiet pubbliċi. Dawk li ħabbewhom biss tul ħajjithom għandhom ikunu preżenti”, qalu wħud mill-qraba ta’ xi vittmi.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend