Ħaqqu l-forka! Mela! | One News

Notifiki

Ħaqqu l-forka! Mela!

Dan x’ġara fil-Partit Nazzjonalista, kulħadd jgħid li jridu joqtluh? Simon ħareġ inewwaħ għax qabżuhielu meta ġabu li kienu difnuh.  Għall-inqas kien hemm waħda tibkih. Aħjar mix-xejn. Jien qrajt partita kummenti,  u naċċertakom li kienu agħar minn dik il-karikatura.  Inklużi dawk li dehru fuq it-Times of Malta online.  Għaddewh fil-maġġoranza siegħa …U oħroġ il-għaġeb li ħareġ jiftaħar kemm bagħtulu messaġġi ta’ solidarjetà! La kuntent hu, kuntent kulħadd.

Issa ħareġ Casa. Jien ngħid bħal ma jghid il-Malti : “Min imexxi kontra pajjiżu, biex mingħalih ikun minn fuq hu,  ħaqqu l-forka.” U daqstant ieħor ħaqqu l-forka,  min jgħawweġ it-tifsira tal-Malti,  ħalli tiġi ddoqq kif jaħseb li taqbel lilu.Il-forka ma kinitx omiċidju li jagħmlu n-nies! Kienet is-sistema li writna mill-Ingliżi fl-aħħar żmienijiet kif issir,  u l-piena tal-forka kienet tfisser li dak il-bniedem għamel l-aktar delitt faħxi li hawn taħt ix-xemx.  Fl-imgħoddi u fi żmien il-Kavallieri l-piena tal-forka kienet tingħata anke għal serq bil-vjolenza.

L-aħħar żewġ okkażjonijiet li kien hemm tal-forka kienet tal-aħwa Zammit,  u dawn fuq omiċidju.  Kien hemm ukoll forka oħra li ngħatat ghax Carmelo Borg Pisani kien meqjus li ttradixxa lil Malta mat-Taljani fi żmien ta’ gwerra.

Kien hemm sentenzi oħrajn ta’ piena tal-forka,  imma wara l-1943 dejjem inbidlu.  Kien imbagħad Gvern Laburista fl-1972 kien nehħħa l-piena tal-forka. Illum il-Papa Franġisku ddekreta wkoll li l-piena tal-forka hija mmorali,  minkejja li dejjem kien hemm oppożizzjoni tal-isqfijiet Amerikani li xtaqu li kollox jibqa’ la ‘l hawn u l-anqas ‘l hemm.

Imma għalkemm Gvern Laburista neħħa l-forka mil-liġi,  ma setax ineħħiha minn ilsien il-Malti.  U trid ma tkunx tiswa Karlin (espressjoni oħra ġejja minn aktar qedem)  daqs Casa biex tgħid li dak il-kliem ifisser li jridu jagħmlu omiċidju fuqu.

Il-forka piena ħarxa,  u n-nies hekk jifhmuha. Imma tingħata mhux għax xi ħadd dejjaq li xi ħadd,  imma għax ikun hemm provi kontra dak li għandu jiġi kkundannat. Il-kundanna jeħodha mill-qrati wara li jkun ukoll iddefenda lilu nnifu.

Issa David Casa pprova jdawwar it-tifsira biex forsi jagħmel ħoss. Meta persuna fil-politika tagħmel hekk,  ħaqqha l-forka wkoll politikament.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend