Żagħżugħ Taljan ingħata libertà kkundizzjonata wara li seraq mowbajl | One News

Notifiki

Żagħżugħ Taljan ingħata libertà kkundizzjonata wara li seraq mowbajl

Giovanni Luongo, żagħżugħ Taljan ta’ 17-il sena, ingħata libertà kkundizzjonata wara li seraq mowbajl waqt il-festival Summer Daze li sar f’Ta Qali lbieraħ.

Luongo ammetta u rritorna l-mowbajl lil sidu. Fid-dawl ta’ dan, barra li l-ġuvni għadu taħt l-età u għandu kondotta nadifa, il-Qorti tagħtu l-libertà iżda b’kundizzjoni li ma jerġax iwettaq reat simili fis-sena li ġejja.

Jekk immur kontra din il-kundizzjoni, il-piena se tkun qed tirriffleti ż-żewġ reati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend