Malta mal-ewwel 50 post fid-dinja fl-indiċi tal-innovazzjoni | One News

Notifiki

Malta mal-ewwel 50 post fid-dinja fl-indiċi tal-innovazzjoni

L-indikaturi ta’ tliet istituzzjonjiet ewlenin fil-dinja juru li matul l-2018 Malta żammet postha fl-Indiċi dwar l-Innovazzjoni ,u tinsab fis-26 post fil-klassifika globali fost 126 pajjiż.

Il-klassifika turi li Malta hija fost 10 pajjiżi bl-ogħla rati ta’ effiċjenza fil-qasam tal-innovazzjoni fid-dinja.

Il-klassifika turi li Malta għandha livell ta’ innovazzjoni aħjar mill-Italja, il-Portugall u Spanja.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena joħroġ ukoll li għadd ta’ pajjiżi Ewropej fosthom Malta kklassfikaw mal-ewwel 30 ekonomija, bl-Iżvizzera, l-Olanda u l-Iżvezja jikklassfikaw fl-ewwel tliet postijiet.

L-inidiċi jinkludi wkoll stħarriġ tal-Forum Ekonimiku Dinji li juri l-istituzzjonijiet f’Malta kisbu punteġġ ta’ kważi 75 minn 100 punt u ġew ikklassfikati fit-33 post.

L-istħarriġ wera wkoll li l-istabbilità politika u s-sigurtà f’Malta ġew ikklassifikati fil-11-il post b’punteġġ ta’ kważi 90% waqt li r-rule of Law f’Malta kisbet punteġġ ta’ aktar minn 73 punt b’Malta tiġi kklaissifikata fit-28 post minn fost 126 pajjiż madwar id-dinja.

Malta kisbet riżultati pożittivi wkoll f’għadd ta’ indikaturi oħra fil-qasam l-infrastruttura li ġiet ikkalissfikata fis-sitt post, il-kummerċ, l-oqsma tal-għerf, it-teknoloġija u l-kreattività.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend