Il-logħob tas-Serie A ta' Genoa u Sampdoria fi tmiem il-ġimgħa posposti | One News

Notifiki

Il-logħob tas-Serie A ta’ Genoa u Sampdoria fi tmiem il-ġimgħa posposti

L-assoċjazzjoni tal-futbol Taljan aċċettat it-talba ta’ Sampdoria u Genoa li ma jilgħabux il-partiti rispettivi tagħhom fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Iż-żewġ timijiet Taljani għamlu din it-talba wara li t-Tlieta li għadda waqgħa l-pont ta’ Morandi, f’Genoa.

Iż-żewġ timijiet minn Genoa li huma Sampdoria u Genoa kienu se jilgħabu l-Ħadd li ġej kontra Fiorentina u AC Milan rispettivament. L-assoċjazzjoni Taljana qalet li l-logħob bejn Sampdoria u Fiorentina u AC Milan kontra Genoa se tintlagħab fil-ġimgħat li ġejjin.

L-inċident tat-Tlieta ħa l-ħajja ta’ 38 persuna, b’konsegwenza li l-Istat Taljan ħabbar stat ta’ emerġenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend