Il-kumpanija li ffinanzjat il-pont Morandi taffaċċja kritika qawwija | One News

Notifiki

Il-kumpanija li ffinanzjat il-pont Morandi taffaċċja kritika qawwija

Il-kumpanija li ffinanzjat il-pont Morandi qed taffaċċja kritika qawwija u theddid ta’ ċitazzjonijiet ħorox wara l-inċiden traġiku ta’ nhar it-Tlieta.

Il-Gvern Taljan qed jhedded lil Autostrade per l’Italia, li ħadet ħsieb il-bini tal-pont f’Ġenova, li se jwaqqaf il-kuntratt kollha tagħha u se jimponi ċitazzjonijiet ħorox fuq il-kumpanija. Rapporti qed jindikaw li l-ishma tal-kumpanija niżlu bi 30% minn meta ġara l-inċident.

Il-pont Morandi ċeda t-Tlieta waranofsinhar, u kawża ta’ dan minn tal-inqas 38 persuna tilfu ħajjithom. L-operazzjonijiet ta’ salvataġġ mill-Awtoritajiet għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend