FILMAT: Issib 35 ħanżir miżmuma allegatament illegali u fi stat ħażin fil-Mellieħa | One News

Notifiki

FILMAT: Issib 35 ħanżir miżmuma allegatament illegali u fi stat ħażin fil-Mellieħa

Għaqda li titkellem favur id-drittijiet tal-annimali, Animal Liberation Malta, ġibdet l-attenzjoni dwar allegat każ ta’ 35 ħanżir li kienu qed jinżammu fi stat ħażin u x’aktarx b’mod illegali f’għelieqi fil-Mellieħa.

Il-mara li sabet il-ħnieżer, spjegat kif dawn il-ħnieżer kienu qed jinżammu f’għelieqi lil’hinn minn kollox allegatament b’mod illegali hekk kif mhux irreġistrati kif għandu jkun. Spjegat kif mas-sejba taħgha hi ndunat li l-ħnieżer kienu bil-ġuħ u minn hemm irrealizzat li hu każ ieħor ta’ negliġenza. 

L-istess mara spjegat kif rrapportat dan il-każ mal-Pulizija u li bħalissa għaddejjin bl-investigazzjonijiet fejn sadanittant din l-mara qed tmur titma’ lill-ħnieżer.

Huma bosta persuni li faħħru l-ġest nobbli ta’ din l-mara, iżda r-reazzjonijiet ma kinux biss pożittivi hekk kif uħud argumentaw li din is-sejba tfisser li dawn il-ħnieżer se jkollhom destin ikrah hekk kif skont il-liġi, kull ħanżir li jinstab li qed jinżamm b’mod illegali għandu jittieħed mingħand is-sid u jinqatel dan sabiex jiġu evitati tixrid ta’ mard.

Riċentament il-Gvern ħareġ l-applikazzjonijiet sabiex dawk li jżommu ħanżir bħala pet ikunu jistgħu jirreġistrawh, dan hekk kif għal snin twal ma kienx hemm distinzjoni bejn ħanżir li kien għal qatla u ieħor li jinżamm għal pet u kawża t’hekk kienu bosta li qed jiġu miżmuma b’mod illegali.

Dan għaliex qabel sabiex wieħed jikseb il-permess biex iżomm ħanżir, ried jixtri l-permess mingħand razzett li diġà jżommom. Permezz ta’ din l-applikazzjoni, issa saret aktar faċli għal dawk kollha li kellhom ħanżir bħala parti minn familthom biex jiġu skont il-liġi u b’hekk il-Gvern ikun jaf kemm qed jinżammu ħnieżer pets b’persuna li trid iżżomm ħanżir pet ma tistaz iżżomm aktar minn tnejn jekk ma jkunux għal konsum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend