"Casa qed jaġixxi bħala politiku ddisprat" – PL | One News

Notifiki

“Casa qed jaġixxi bħala politiku ddisprat” – PL

David Casa hu ddisprat dan minħabba li qed jitlef l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista, u għalekk jinsab beżgħan li se jitlef is-siġġu fi Brussell. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.Il-Partit Laburista qal li Casa jrid lin-nies jemmnu li l-Professur Edward Scicluna jridu mejjet, xejn ħlief invenzjoni.

L-istqarrija tgħid li kieku Casa ma kienx wieħed mill-imħuħ qarrieqa wara s-saga ta’ Egrant, ħadd ma kien jemmen li hu kapaċi li jagħmel din l-istqarrija.

Il-Partit Laburista fakkar li issa, il-pubbliku huwa konxju tal-fatt li Casa u l-kollegi tiegħu lesti jagħmlu kollox biex jieħdu l-poter f’idejhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend