45 ikkundannati għall-mewt fil-Libja | One News

Notifiki

45 ikkundannati għall-mewt fil-Libja

Qorti fil-Libja kkundannat 45 persuna għall-mewt għaliex sparaw fuq folla li kienet qed tipprotesta kontra l-Kurunell Muammar Gaddafi fl-2011.

Dan kien ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-pajjiż, li fakkret kif l-ikkundannati sparaw fuq folla pparteċipat fi protesta fi Tripli fl-irvellijiet tal-2011 kontra r-reġim ta’ Gaddafi.

Dan huwa l-ikbar numru ta’ persuni li ngħataw sentenza ta’ mewt minn meta twaqqa’ ir-reġim.

54 persuna oħra ngħataw sentenza ta’ ħames snin ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend