Żewġ plejers ġodda ma' Senglea Athletic | One News

Notifiki

Żewġ plejers ġodda ma’ Senglea Athletic

Din il-paġna tinsab infurmata lil Senglea Athletic akkwistaw żewġ plejers b’self fit-tentattiv li jkomplu jibnu fuq it-tragward milħuq fl-istaġun li għadda. It-tim mill-Isla ffirmaw lil Kieran Xuereb kif ukoll lil Brandon Muscat mingħand Hibernians FC u Birkirkara FC rispettivament. 

Dawn iż-żewġ plejers mhumiex l-uniċi plejers li mistennija jingħaqdu mat-tim Senglean sat-tmiem is-suq tat-trasferimenti. Plejer ieħor li qed jinteressa lil dan it-tim huwa l-attakant Ayrton Attard ta’ Birkirkara FC. Attard jidher li jinsab viċin li jiffirma kuntratt ġdid mat-tim Karkariż iżda b’kull probabilita’ jingħaqad b’self ma’ Senglea għall-istaġun 2018/19.

Il-Kampjonat Premier għal Senglea jibda nhar il-Ġimgħa b’logħba kontra Qormi fis-18:30 fil-Victor Tedesco Stadium.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend