Tlett akkwisti għal Qormi lejliet il-bidu tal-Kampjonat Premier | One News

Notifiki

Tlett akkwisti għal Qormi lejliet il-bidu tal-Kampjonat Premier

Qormi FC komplew isaħħu l-iskwadra bit-tlett plejers oħra qabel nhar il-Ġimgha jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat Premier.

Fl-aħħar sigħat Qormi waslu fi ftehim sabiex il-gowler Jamie Azzopardi, li fl-istaġun li għadda kien misluf lilhom minn Gżira United, jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Qormi, kuntratt li jorbtu mal-Qriema għal tlett staġuni.

Apparti Azzopardi, it-tim immexxi minn Brian Spiteri iffirmaw ukoll lil gowler ta’ Balzan FC Dorian Bugeja b’self għal staġun filwaqt li l-midfielder Michael Camilleri ukoll ingħaqad għal darba oħra ma’ Qormi b’self għal staġun din id-darba mingħand Birkirkara FC.

Nhar il-Ġimgha, Qormi FC jaffaċjaw lil Senglea Athletic, logħba li tibda fis-18.30 fil-Victor Tedesco Stadium.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend