Tkompli l-operazzjoni ta' salvataġġ wara l-inċident fl-Italja | One News

Notifiki

Tkompli l-operazzjoni ta’ salvataġġ wara l-inċident fl-Italja

Tul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, kompliet tintensifika ruħa t-tfittxija għal dawk li setgħu salvaw wara li waqà pont f’Genoa. Dwar dan il-Gvern Taljan stqarr li sa issa ġew ikkonfermati tal-anqas 35 fatalità u madwar sittax oħra indarbu gravi.

Hu mifhum li madwar 250 membru tas-salvataġġ minn madwar l-Italja kollha qed iqallbu fit-tifrik biex ifittxu lil dawk li għadhom rrapurtati nieqsa – madwar tnax il-persuna.

Minkejja li sa issa diġa ġew evakwati iżjed minn 400 persuna, uffiċjal għoli fid-Dipartiment tas-Salvataġġ stqarr li l-ekwipaġġ tiegħu mhux se jaqta qalbu u se jibqgħu jaħdmu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum sakemm ikunu salvati l-vittmi kollha.

Intant il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini stqarr li qed tiġi ddeterminata l-kawża tal-inċident u assigura lill-poplu Taljan li ser issir ġustizzja u se jaħdem qatiegħ biex tintrefa r-responsabilità minn min hu kkonċernat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend