Aġġornat bil-filmat: Mal-20,000 persuna kienu parti mill-ewwel lejl ta' Summer Daze | One News

Notifiki

Aġġornat bil-filmat: Mal-20,000 persuna kienu parti mill-ewwel lejl ta’ Summer Daze

Madwar 20,000 persuna kienu parti mill-ewwel lejl ta’ Summer Daze f’Ta Qali. Lejl li ra wirjiet eċċellenti minn Emma Muscat, Rita Ora, u Martin Garrix.Fil-kunċerti tal-lejl li għadda kien hemm ukoll id-djs popolari Maltin Tenishia u JJoy.

Spikka l-kumment ta’ Rita Ora fejn qalet li tħobb immens lil Malta u li n-nies ta’ pajjiżna huma veru dħulin. Faħħret ukoll is-sbuħija tal-gżejjer Maltin.

Summer Daze se jkompli llum f’Cafe Del Mar flimkien ma’ Roger Sanchez, id-dj Kristen Knight, u d-dj minn BBC Radio 1, Monki.

Ritratti: Kimberly Portelli Teuma Castelletti

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend