ARA: Jaslu f’Malta l-141 immigrant biex jitqassmu lejn pajjiżi oħra – One News

ARA: Jaslu f’Malta l-141 immigrant biex jitqassmu lejn pajjiżi oħra

Il-141 immigrant abbord l-MV Aquarius waslu Malta u se jinżlu f’Boiler Wharf, l-Isla.

Fost l-immigranti hemm 97 irgiel u 44 mara. Fost in-nisa hemm tnejn tqal li se jittieħdu l-isptar Mater Dei flimkien ma’ 12-il persuna li ttieħdu wkoll permezz ta’ ambulanza..

Il-bastiment daħal bl-għajnuna tal-Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.

L-immigranti ntlaqgħu b’mużika u ċapċip mill-ekwipaġġ tal-bastiment tal MV Lifeline, li jinsab f’Boiler Wharf għal iktar investigazzjonijiet. L-MV Lifeline daħal f’pajjiżna f’Ġunju li għadda.

Issa l-immigranti se jkunu assistiti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, kif ukoll Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Aġenzija għall-Persuni li jfittxu l-Ażil, Transport Malta u l-Awtoritajiet tal-Port.

L-immigranti imbagħad jittieħdu fiċ-ċentru tal-Marsa u fil-jiem li ġejjin mistennija jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Portugal u Spanja. L-ebda immigrant mhu se jibqa’ f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend