William Hili jikseb it-tieni rebħa tal-Elite; it-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina – One News

Notifiki

William Hili jikseb it-tieni rebħa tal-Elite; it-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina

Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmuġie fi tmiem tiegħu is-Sibt li għadda bit-tielet u l-aħħar tellieqa fil-limiti tal-Mizieb.

Fil-kategorija Elite, William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tiġrija ta’ kontra l-ħin fuq distanza ta’ kilometru f’ħin ta’ 02:24.82. 03.50 sekondi warajh spiċċa l-Għawdxi Brandon Sultana ta’ Gozo C.C. li kellu tiġrija ferm impressjonati. Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT spiċċa t-tielet post.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb’oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta daħlet f’ħin ta’ 02:58.94, vantaġġ rispettiv ta’ 1:44.34 u 2:06.97 fuq Marion Pullicino ta’  Mosta AF Sign Studio CC u Michelle Vella Wood tat-Team Greens.

Isaac Spiteri ta’ The Cyclist għal darb’oħra reġa rebaħ it-tigrija tal-kategorija tal-Juniors meta spiċċa fuq quddiem f’ħin ta’ 02:45.63, vantaġġ ta’ 0:20.41 fuq Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St. Joseph SC.

Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St. Joseph SC meta spiċċt l-ewwel f’ħin ta’ 02:38.05.  It-tieni u t-tielet post spiċċaw rispettivament Malcolm Cachia ta’ The Cyclist u Alan Piscopo ta’ Mosta AF Sign Studio CC

Il-kategorija Masters 50+ ġiet mirbuħa minn Steve Mifsud ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’ħin ta’ 03:19.38.

Il-kategorija Under-16 ġiet mirbuħa għal darb’oħra minn Sean Enriquez tal-Mosta AF Sign Studio CC Micallef f’ħin ta’ 02:52.40, vantaġġ żgħir ta’ 0:01.21 fuq id-debuttant Għawdxi Darren Sultana ta’ Gozo CC. Malcolm Vassallo ta’ Mosta AF Sign Studio CC daħal it-tielet post.

Il-kategorija tal-Under-14 Tfajliet reġgħet inrebħet minn Christina Spiteri ta’ The Cyclist li spiċċat quddiem f’ħin ta’ 03:36.13, vantaġġ ta’ 0:14.13 fuqJustine De Giorgio ta’ Mosta AF Sign Studio CC.

Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tielet tiġrija tiegħu fil-kategorija tal-Under-14 Subien f’ħin ta’ 03:11.36. Warajh daħlu Tristan Aquilina ta’ Mosta AF Sign Studio CC (03:32.90) u Luca Vella ta’ B’Kara St.Joseph SC (03:43.04) rispettivament.

Il-kategorija tal-Under-12 Subien reġgħet inrebħet minn Miguel Galea tat-Team Greens f’ħin ta’ 03:26.49. Warajh daħlu żewġ ċiklisti oħra ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Jonas Micallef u Adam Camilleri b’ħinijiet rispettivi ta’ 04:20.15 u 06:19.24.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend