Soluzzjoni temporanja fuq l-armar tal-festa li mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara – One News

Notifiki

Soluzzjoni temporanja fuq l-armar tal-festa li mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara

Il-Kumitat Festa Sant’ Elena sab soluzzjoni temporanja wara li armar tal-festa mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara.

Dan wara li iktar kmieni dalgħodu bosta kienu urtati bil-fatt li nies b’diżabbiltá ma setgħux jaċċessaw ATM minħabba li r-rampa quddiema kienet imblukkata b’armar tal-festa.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iktar kmieni illum esprimiet d-diżappunt għall-fat li dan l-armar imblokka l-aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. 

Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend