Patrick Wleh se jsir plejer ta' Floriana FC | One News

Notifiki

Patrick Wleh se jsir plejer ta’ Floriana FC

One Sport jista’ jiżvela li fil-ħin li ġej mistenni jasal Malta l-attakant mil-Liberia Patrick Ronaldinho Wleh, biex jingħaqad ma’ Floriana FC.  Il-karriera ta’ dan il-plejer hija waħda interessanti ħafna fejn lagħab għaxar darbiet mat-tim Nazzjonali tal-Liberia, u anke lagħab mat-tim Nazzjonali tal-Malasja.

L-aħħar klabb li lagħab miegħu kien propju PKNS FC fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fil-Malasja.  Din ser tkun l-ewwel avventura tal-plejer ta’ 27 sena fl-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend