Mosta FC jkomplu jsaħħu l-iskwadra | One News

Notifiki

Mosta FC jkomplu jsaħħu l-iskwadra

Hekk kif nhar is-sibt jilagħbu l-ewwel logħba tal-Kampjonat kontra St. Andrews, Mosta FC komplew jsaħħu l-iskwadra b’aktar akkwisti.  Ftit tal-ħin ilu Mosta ħabbru li akkwistaw lill-attakant Braziljan ta’ 21 sena Renan Abner Do Carmo De Oliveira.  Għal Oliveira din ser tkun it-tieni esperjenza tiegħu fl-Ewropa wara li diġà kellu esperjenza mat-tim Slovak ta’ Zlate Moravce.

Intant sorsi viċin One Sport ikkonfermaw magħna li Mosta FC jinsabu viċin li jakkwistaw lill-ex midfielder offensiv ta’ St. Andrews Misael Miranda Gomez.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend