Il-PL kburi bis-soluzzjoni li sab il-Gvern Malti "fl-interess Nazzjonali" | One News

Notifiki

Il-PL kburi bis-soluzzjoni li sab il-Gvern Malti “fl-interess Nazzjonali”

Il-Partit Laburista qal li huwa kburi bl-inizjattiva tal-Gvern Malti li ħadem biex sab soluzzjoni għal kriżi Ewropea filwaqt li ma għabbiex lil pajjiżna b’ aktar milli jiflaħ.

Permezz ta’ diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-President Franċiż, Emmanuel Macron, instabet soluzzjoni għall-krizi tal-vapur MV Aquarius.  Malta tat konċessjoni biex il-vapur jidħol fil-port, filwaqt li l-141 immigrant abbord se jittieħdu Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Portugall u Spanja.  L-ebda wieħed minn dawn l-immigranti ma huwa se jibqa’ Malta.

Mhux hekk biss. Aktar min-nofs il-114 persuna li ġew salvati minn Malta nhar it-Tnejn, ukoll se jittieħdu f’ pajjiżi ohra.

Fi starrija, il-Partit Laburista saħaq li ma ma jistax ma jifraħx lil Prim Ministru għall-mod kif mexxa dawn in-negozjati, fejn sab bilanċ bejn l-interess Nazzjonali u d-dinjità umana, fejn issolviet kriżi Ewropea filwaqt li ma ntefax piż fuq Malta.

Il-Partit Laburista jappella għall-għaqda Nazzjonali fuq dan is-suġġett fejn elementi estremi m’ għandhomx lok, u minflok wieħed jara riżultati ta’ politika ta’ sens komun li mhux biss ġiet imfaħħra u rikonoxxuta minn pajjiż fundatur tal-Unjoni Ewropea bħal Franza, iżda talli għal darba oħra ipperswadiet pajjiżi oħra biex għat-tieni darba jerfgħu parti mir-responsabbiltà.

L-ewwel każ kien dak tal-vapur MV Lifeline fejn kriżi umanitarja ġiet evitata permezz ta’ medjazzjoni internazzjonali mill-Prim Ministru Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend