Fernando Alonso jħabbar li ser jirtira mill-Formula Wieħed | One News

Notifiki

Fernando Alonso jħabbar li ser jirtira mill-Formula Wieħed

L-eks ċampjin tad-Dinja Fernando Alonso fuq Twitter ħabbar li dan l-istaġun se jkun l-aħħar wieħed tiegħu jikkompeti fil-Formula Wieħed.

Alonso ta’ 37 sena, ħabbar li mis-sena d-dieħla ‘l hemm se jkun qed jikkompeti fl-Istati Uniti fil-kampjonat IndyCar. Dan biex ikun jista jwettaq l-hekk imsejħa Triple Crown of Motorsport, dik li jkun rebaħ il-Grand Prix ta’ Monte Carlo, it-tiġrija ta’ 24 siegħa f’Le Mans u l-Indianapolis 500. Huwa diġa rebaħ l-ewwel tnejn minn dawn.

L-Ispanjol għamel id-debbut tiegħu fl-2001 mal-Minardi u kien ċampjin tad-dinja fl-2005 u l-2006 mat-tim ta’ Renault, iżda minn dak iż-żmien lil hawn sofra minn diversi sfortuni kemm meta kien qed jissielet għal kampjonati oħra kif ukoll meta għamel għazliet ħżiena fil-karriera tiegħu. Dawn wasslu biex dan is-sewwieq li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa ta’ kull żmien ilu ma jirbaħ tellieqa għal iżjed minn ħames snin u ilu 4 snin ma jitla’ fuq il-podju.

Għal dan l-aħħar erba’ snin huwa kien qiegħed isuq mat-team tal-McLaren li sfortunatament dawn ilhom żmien twil f’venja diżastruża. B’hekk issa dan it-tim se jkun kostrett ifittex stilla ġdida, bl-ewwel favorit ikun il-kumpatrijott tiegħu Carlos Sainz li dan tal-aħħar spiċċa mingħajr post fit-tim preżenti tiegħu Renault hekk kif dawn iffirmaw lill-istilla Awstraljan Daniel Ricciardo għall-istaġun li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend