ARA: Sebastian Calleja b'vidjow mużikali ġdid 'Triq Waħda' | One News

Notifiki

ARA: Sebastian Calleja b’vidjow mużikali ġdid ‘Triq Waħda’

Sebastian Calleja, kantant ta’ 20 sena minn Ħal Qormi, wara li sena l-oħra ippublika l-ewwel video mużikali tieghu ta’ diska ‘Escape’, ħareġ vidjow mużikali ġdid ta’ diska bil-malti ‘Triq Waħda’.

Is-sena li għaddiet Sebastian ha sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza b’din id-diska u ddeċieda li joħroġ vidjow mużikali għaliha wara il-kummenti pożittivi li rċieva fuq din id-diska ħabba l-messaġġ ta’ pozittività li għandha fiha. Sebastian ried jagħmel vidjow mużikali differenti, b’mod ironiku u ftit tad-daħk, biex jgħaddi il-messaġġ li għalkemm tista tkun għaddej min perjod naqra ikrah jew diffiċli, dejjem tista’ ssib il-pożittiv f’kull sitwazzjoni u teħodha b’mod daħkani halli l-ħajja tkun aħjar, u tgħix billi tgawdi ġurnata b’ġurnata.

Dan il-vidjow ġie mniedi fuq midja soċjali diversi fl-10 ta’ Awwissu, u ġie miġbud f’diversi lokalitajiet Maltin, bil-parteċipazzjoni ta’ ħafna nies, uħud minnhom uċuħ poplari bħala kantanti jew personalitajiet mit-televiżjoni. F’dan il-vidjow naraw lil Sebastian f’sitwazzjonijiet negattivi differenti, li jistgħu jiġru lil kulħadd fil-ħajja ta’ kuljum u jipprova jeħodhom b’mod pożittiv, biex jittama li min jara l-vidjow jipprova jieħu l-ħajja tiegħu wkoll b’mod pożittiv, għax huma affarijiet li jistgħu jiġru lil kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend