Tinqeleb bil-karozza f' Ħ'Attard | One News

Notifiki

Tinqeleb bil-karozza f’ Ħ’Attard

Beltija ta’ 56  sena nqalbet bil-karozza matul il-lejl li għadda f’Ħ’Attard.

L-inċident ġara għal ħabta ta’ 23:50 fi Triq il-Kappella tal-Mirakli.Jidher li l-mara tilfet il-kontroll tal-karozza, inqalbet u tkaxkret għal diversi metri fejn laqtet żewġ karozzi pparkjati tat-tip Peugot u Smart.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn il-kundizzjoni tagħha għadha mhiex magħrufa madankollu hu mifhum li sofriet minn ġrieħi ħfief hekk kif hi ħarġet waħidha mill-karozza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend