Serqa ta’ ġojjelli twassal għal sentejn ħabs – One News

Notifiki

Serqa ta’ ġojjelli twassal għal sentejn ħabs

Alexia Margo Calleja ta’ 40 sena ġiet kkundannata sentejn ħabs effettivi wara li ammettiet li serqet xi ġojjelli li l-valur tagħhom jammonta għal erbat elef u mitt ewro minn żewġ ħwienet fil-Belt u l-Furjana.

Calleja dehret quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużata biż-żewġ serqiet li wettqet bejn Lulju u Awwissu. Hawn il-Maġistrat sema kif l-imputata kienet ilha għaxar snin maħkuma mill-vizzju tad-droga u fakkar kif il-Qorti kienet diġa taghtha ċans biex tibdel ħajjitha.

Hawn il-Qorti tenniet li jekk Calleja mhux se tkun mġiegħla tidħol għal trattament tad-droga se tispiċċa ħażin. Għaldaqstant, apparti s-sentenza tal-ħabs, tpoġġiet ukoll taħt Ordni ta’ Trattament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend