Roti elettriċi fil-Belt Kapitali | One News

Notifiki

Roti elettriċi fil-Belt Kapitali

Il-Malta Public Transport nehdiet is-servizz – ta Tallinja Bike – servizz ta’ kiri tar-roti elettriċi li l-pubbliku jista jikri sabiex jagħmel l-qadi tiegħu fil-Belt Kapitali.

Mod ġdid ta’ kif wieħed iddur fil-Belt Valletta. Dan hekk kif l-Malta Public Transport nehdiet is-servizz – ta Tallinja Bike – servizz ta’ kiri tar-roti elettriċi.

L-għan ta’ dan is-servizz huwa li l-pubbliku jikri rota u jdur u jagħmel l-qadi tiegħu fil-Belt Kapitali permezz tar-roti elettriċi.

Il-Pubbliku se jkun qiegħed iħallas tlett ewro għal kull tletin minuta li jagħmel uzu minn dan is-servizz. Filwaqt li dawk kollha li għandhom tallinja card se jkollhom skont ta’ ħamsin fil-mija għall-ewwel tliet xhur.

Minkejja li m’hemmx bżonn liċenzja, dawk kollha li japplikaw irid ikollhom 18-il sena jew aktar.

B’kollox se jkun hemm erbgħin rota disponibbli għall-kiri. L-istazzjonijiet għall-kiri tar-roti elettriċi – se jkunu f’ħames postijiet differenti madwar il-Belt.

Fil-bidu tas-servizz, ir-roti se jkunu stazzjonijiet fit-Terminus tal-Belt, ħdejn il-lift tal-Barakka ta’ isfel u viċin il-Forti Sant’ Iermu.

Eventwalment se jingħaqdu zewġ stazzjonijiet oħra fiċ-ċentru tal-Belt u stazzjon ieħor fil-port ta’ Marsamxett.

Fit-tnedija tat-tallinja bike, il-General Manager tal-Malta Public Transport Konrad Pule tkellem dwar l-idea ta’ dan is-servizz.

Il-Ministru għat-trasport Ian Borg faħħar dan is-servizz ġdid. Mezz ta’ trasport nad fil-kapitali. Innota wkoll kif mal- 50 miljun passiġġier fis-sena jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, żieda ta’ 20 miljun meta mqabbel mal-2012.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend