Investiment ta’ €800,000 f’100 skola – One News

Notifiki

Investiment ta’ €800,000 f’100 skola

Matul dawn il-ġimgħat tas-sajf, fl-iskejjel maltin u għawdxin tkun għaddejja ħidma sabiex isir xogħol ta’ tisbiħ fl-iskejjel.

Bħalissa għadejj xogħol ta’ manutenzjoni fuq mitt skola madwar Malta u Għawdex, b’investiment ta’ tmien mitt elf ewro.

Bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fuq mitt skola madwar Malta u Għawdex, b’investiment ta’ tmien mitt elf ewro.

Roslyn Vella Direttur tal-loġistika fil-Ministerut tal-Edukazzjoni spjegat kif fl-skejjel sekondarji qiegħed isir ix-xogħol fuq laboratorji ġodda li se jintuzaw meta l-istudenti jibdew jitgħallmu s-suġġetti vokazzjonali.

Filwaqt li fl-iskejjel primarji ta’ madwar Malta u Għawdex ser isiru disa’ multi-sensory rooms u seba’ kmamar tal-qari.

One News żar l-iskola medja ta’ Blata l-Bajda li tifforma parti mill-kulleġġ San Ġorġ Preca fejn qiegħed isir xogħol ta’ tisbiħ fil-klassijiet.

Żorna ukoll l-iskola primarja ta’ San Ġwann li tagħmel parti mill-kulleġġ Santa Klara.

F’din l-iskola stajna naraw ukoll il-ħidma għaddej qatiegħ mill-ħaddiema fejn qiegħed isir xogħol ta’ tisbiħ fil-klassijiet. Klassi minnhom se tinbidel f’’kamra tal-qari.

L-interactive white boards fil-klassijiet inbidlu għal teknoloġija aktar moderna ta’ interactive flat panels.

Keith Bartolo, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Klara, spjega x-xogħol ta’ manutenzjoni li għaddejja fuq tmien skejjel oħra li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Klara.

Fosthom fuq ċentru tar-rizorsi, skola nazzjonali tal-isport, skola sekondarja u ħames skejjel primarji.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni iwettaq xogħol ta’ manutenzzjoni fl-iskejjel tal-istat kull sena waqt il-vaganzi tas-sajf.

Investiment importanti sabiex l-iskejjel primarji u sekondarji jingħataw dehra mill-isbaħ fil-ftuħ meta l-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal sena skolastika ġdida fl-aħħar ta’ Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend