Anzjan jaqa' sular minn fuq scaffolding | One News

Notifiki

Anzjan jaqa’ sular minn fuq scaffolding

Anzjan ta’ madwar erbgħa u sebgħin sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding fi Triq Dawret il-Gżejjer, f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għal-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu meta r-raġel, li huwa minn San Pawl il-Baħar, waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq barra ta’ lukanda.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend