Iċ-ċkejkna Ella tagħmel l-ewwel tqarbina | One News

Notifiki

Iċ-ċkejkna Ella tagħmel l-ewwel tqarbina

Iċ-ċkejkna Ella għamlet l-ewwel tqarbina dan wara li fil-jiem li għaddew l-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ mal-familja taċ-ċkejkna Ella, it-tifla ta’ seba’ snin bl-awtiżmu li m’ingħatatx iċ-ċertifikat tal-praċett minħabba li fl-ewwel tqarbina ma setgħetx tirċievi l-ostja minħabba l-kundizzjoni tagħha.

Kien ONE News li tefa’ dawl fuq din l-istorja u wara li ħariġha fil-beraħ, il-familja ta’ Ella qalet li l-Arċisqof għamel kuntatt magħhom u fejn iltaqa’ fil-jum tat-Tlieta li għadda.

F’intervista li xxandret fuq ONE ftit jiem qabel ħarġet il-weġgħa ta’ omm it-tifla li sostniet li diġà diffiċli li bħala ġenitur taċċetta li bintek mhix bħal tfal oħra iżda li imbgħad jiġi l-kappillan u ma jirrikonoxihiex mat-tfal l-oħra fil-preċett hija daqqa ferm ikbar.

Meta l-familja qasmet l-istorja ta’ binthom mal-kappillan ta’ Burmarrad, Fra Christian Borg, huwa qal li hemm bżonn jgħallmu lit-tifla tieħu l-ostja anke jekk dan jista’ joħloq skumdità qawwi għat-tifla.

Il-familja rringrazzjat lill-Arċisqof talli binthom issa ngħatat iċ-ċans li tagħmel il-praċett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend