BIR-RITRATTI: Bosta jitpaxxew bis-sbuħija taċ-ċikonji fil-gżejjer Maltin | One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Bosta jitpaxxew bis-sbuħija taċ-ċikonji fil-gżejjer Maltin

Iż-żjara taċ-ċikonji fuq il-gżejjer Maltin intlaqgħet tajjeb minn bosta Maltin u barranin, kemm jekk huma dilettanti u anke jekk japprezzaw is-sbuħija tan-natura. 

B’madwar 18-il ċikonja ddur fis-sema, ix-xena ta’ dawn l-għasafar protetti niżlet għasel ma’ dawk li kellhom ix-xorti li jarawhom hekk kif ma’ kull passa li jagħmlu, isaħħru lil dak li jkun.

Filfatt għexieren ta’ persuni kellhom ix-xorti li jaqbdu dan il-mument f’xi ritratt jew anke f’xi filmat, b’uħud jiddokumentaw iż-żjara tagħhom fil-lokalità li jkunu fuqu. Minkejja li kien hemm min ħa gost li dawn iċ-ċikonji żaru l-lokalità tagħhom, bħal fost l-oħrajn Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Buskett u s-Siġġiewi, huma bosta li qed iwissu biex kemm jista’ jkun ma jxerrdux il-lokazzjoni ta’ fejn jinsabu dawn iċ-ċikonji sabiex jiġi evitat destin ikrah.

Dan fid-dawl li erba’ ċikonji nqatlu mal-wasla tagħhom fuq ir-Rabat il-Ġimgħa filgħaxija, bil-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ dan il-każ.

Intant huma bosta li qed jikkummentaw kif għandhom jiħraxu aktar il-pieni kontra persuni li joqtlu għasafar protetti, b’persuni oħrajn isostnu li mhux sew li minħabba persuna waħda jeħlu dawk kollha li jsegwu b’reqqa l-liġijiet.

Ritratti: Natalino Fenech, Benny Scerri, Marcus Camilleri

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend