Tisraq ġojjelerija valur ta' €5,000 minħabba l-vizzju tad-droga | One News

Notifiki

Tisraq ġojjelerija valur ta’ €5,000 minħabba l-vizzju tad-droga

Mara ta’ 41 sena minn Ħal Luqa li fil-qorti qalet li m’għandiex saqaf fuq rasha, tressqet il-qorti akkuzata li serqet ġojjelerija li tammonta għal ħamest elef ewro, minn żewġt iħwienet differenti.

Il-mara Alexia Magro Calleja ikkomettiet dawn is-serqiet f’temp tal-aħħar erba ġimgħat. Fl-14ta’ Lulju serqet mill-istabbiliment Diamonds International fi Triq ir-Repubblika fil-Belt.

L-Ispetturi Daryl Borg u Alfredo Mangion mill-Għassa tal-Belt spjegaw li Alexia Margo Calleja, daħlet fil-ħanut tal-Belt bl-iskuża li trid tara xi ċrieket tal-engage u tat-tieġ.

Hija aljenat l-impjegta u poġġiet iċ-ċrieket fil-but tal-qalziet. Il-Jum ta’ wara reġgħet marret fl-istess ħanut tal-Belt, iżda ma rnexxielha tisraq xejn.

Serq ta’ ġojjelerija li tammonta għal aktar minn €2, 329.

Il-Mara reġgħet ikkomettiet serqa oħra nhar it-Tlieta ilhi għaddha minn Victor Azzopardi Jewellers fil-Floriana. Minn hemm hija serqet pendenti li jammontaw bejn mitejn ewro u elfejn ewro.

Filmati ta’ CCTV li jinsabu fiż-żewġt ħwienet kienu kruċjal għall-pulizija, sabiex tiġi identifikata l-persuna li wettqet dawn is-serqiet.

Wara l-investigazzjonijiet tal-pulizija, ġiet arrestata l-mara.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-mara li hija riċediva, ammetiet l-akkuzzi fil-konfront tagħha.

Fil-qorti intqal kif il-mara ilha għaxar snin tabbuza mill-vizzju tad-droga u m’għandiex saqaf fuq rasha, għalkemm l-ittri personali tirċivihom fuq indirizz Ħal Tarxien.

Il-mara qalet il-biegħet il-ġojjelerija li serqet, sabiex tixtri d-droga. Il-mara inzammet arrestata.

Is-sentenza mistennija tingħata nhar it-Tnejn. Madankollu, il-Maġistrat Joe Mifsu qal li se jagħti sentenza defenitiva ta’ ħabs u jara li tingħata l-għajnuna sabiex tgħeleb il-vizzju tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend