Fil-jum tas-Sibt Maria Cauchi mill-Mellieħa iċċelebrat għeluq il-mitt sena tagħha.
Bħala waħda mill-ftit nies li għad fadal f’Malta li għexu matul iż-żewġ gwerer dinjija, żgur mhux forsi li Maria għandha ħafna esperjenzi diretti ta’ avvenimenti u nies, li għalina huma diġa biss parti mill-istorja.
Mistoqsija minn ONE NEWS dwar xi avveniment minn ħajjitha li tiftakar, Maria kellha din xi tgħid.
Aħna Sticklandjuni!
Bl-għajnuna tal-familja tagħha, Maria kellha wkoll esperjenzi personali tagħha. Staqsejniha dwar il-memorji ta’ tfulitha, kif ukoll ta’ żewġha Salvu.
Ir-raġel bniedem tar-rispett kien Alla jbierku.
Matul dan il-jum speċjali kemm għal Maria kif ukoll għal uliedha, kellha diversi żjajjar minn diversi nies, fosthom mill-Ministru Evarist Bartolo.