Kundanna bla riservi fuq il-qtil ta' għasafar protetti mill-Kaċċaturi San Ubertu | One News

Notifiki

Kundanna bla riservi fuq il-qtil ta’ għasafar protetti mill-Kaċċaturi San Ubertu

Kaċċaturi San Ubertu KSU bla riservi jqisu il-qtil ta’ għasafar protetti bħala att kundanabbli fis-soċjeta ta’ illum li jista biss jitqies bħala att kriminali. F’Malta għandnha l-aktar pieni horox għal kazi simili izda xorta min ħin għal ħin jitwettaq xi att simili minkejja li l-maġġaronza tal-kaċċaturi josservaw il-liġi.

Atti simili jitfghu dell ikraħ fuq il-kaċċaturi kollha għax settur ta’ dawk li jipporteġu l-għasafar jgħixu minn fuq il-perċezzjoni qarrieqa li tali atti jseħħu minħabba apatija minn naħa tal gvern u abbuz sfrenat minn naħa tal-kaċċaturi kollha. Dan iseħħ biex jiġbru l-appoġġ tal-pubbliku.

Ir-realta w l-fatti juru mod ieħor u jipporvaw kif il-kaċċatur huwa fost ta’ quddiem dwar l-edukazzjoni tal-protezzjoni ta’ l-għasafar protetti kif ukoll proġetti ambjentali għal beneficcu ta’ l-għasafar. Izda l-azzjoni ta’ xi kriminali irresponsabbli , li bil-probbabilta kollha la għandhom licenzja u l-anqas senter reġistrat, qed jirrovinaw l-isem tajjeb li qed jibni il-kaċċatur risponsabbli.

Il-pieni horox fil-liġijiet Maltin qieghdin hemm biex jikkistagaw tali kriminali. Ir-rivizjoni ta’ tali pieni bħala wieghda elettorali tal gvern qed tigi imxekkla minn atti simili. Ikun ta’ gid għal kull għaqda risponsabbli li jimxu fuq il-passi tal KSU u jaghtu il-kooperazzjoni kollha tagħhom biex jiġu identifikati dawk li permezz tal vandalizzmu tagħhom ħleif ħsara lil-kaċċa sostenabbli mhumiex jagħmlu minkejja kull mod li din tigi mxandra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend