It-Tabib Malti Gianrico Farrugia se jmexxi Mayo Clinic fl-Istat Uniti | One News

Notifiki

It-Tabib Malti Gianrico Farrugia se jmexxi Mayo Clinic fl-Istat Uniti

It-tabib Malti Gianrico Farrugia se jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv u President ta’ Mayo Clinic. Waħda mill-ikbar ċentri mediċi li topera f’diversi stati fl-Istat Uniti.

Farrugia ilu jaħdem bħala tabib mediku f’Mayo Clinic għal dawn l-aħħar tletin sena. Huwa serva bħala viċi president, u fl-elfejn u ħmistax serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Kampus ta’ Mayo Clinic fi Florida.

Dan wara li temm edukazzjoni tiegħu f’Malta fejn studja fil-kulleġġ San Alwiġi u studja l-mediċina fl-Universita ta’ Malta.

Fl-ewwel kummenti tiegħu wara li ġie elett fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv u President, Gianrico Farrugia qal li huwa onorat li se jmexxi din il-klinika.

Ta’ kull sena, mal-miljun u tlett mitt elf pazjent minn ħamsin stat tal-istat uniti u mija u erbgħin pajjiz, jingħataw il-kura f’Mayo Clinic.

Klinika li ta’ kull sena tagħmel qliegħ ta’ tnax-il biljun dollaru fis-sena u timpjega mat-tmienja u sittin elf impjegat.
Fuq twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa kburi li wieħed minn fost ħutna l-maltin, li gradwa mill-Universita ta’ Malta, issa se jmexxi fl-irwol ta’ Kap Eżekuttiv u President tal-istituzzjoni Amerikana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend