Il-każ tal-ewwel tqarbina tat-tifla bl-awtiżmu seta' jigi evitat | One News

Notifiki

Il-każ tal-ewwel tqarbina tat-tifla bl-awtiżmu seta’ jigi evitat

Il-Kunsill Konsulattiv dwar l-Awtiżmu qal li l-kaz ta’ Ella Agius, it-tifla ta’ sitt snin bl-awtiżmu li ma ngħatatx iċ-ċertifikat tal-Ewwel Tqarbija minħabba li ma setgħetx tirċievi l-ostja waqt il-quddiesa tal-preċetta, seta’ ġie evitat.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li fil-bidu tas-sena li għaddiet saru tentattiv sabiex dan il-kaz u kazijiet oħrajn jiġu evitati, u jsiru t-tħejjijiet meħtieġa biex Ella tkun tista’ tirċievi l-Ewkaristija minkejja li tbati biex tibla’.

Il-kunsill qal li għal xi raġuni jew oħra, dawn it-tħejjijiet baqgħu ma sarux bil-konsegwenza li fil-Jum tal-Praċett Ella ma ingħatatx iċ-ċertifikat tal-ewwel tqarbina għax ma rċevitx l-ewkaristija.

Ma’ ONE NEWS, missier Ella sostna li l-Kappillan Fra Christian Borg irrifjuta li jagħtih iċ-ċertifikat u qallu li t-tifla riedet terġa’ tagħmel l-Ewwel Tqarbina għax ma rċevitx l-ostja. Żied jgħid li meta qal lil Fra li kien se jkellem lill-Arċisqof dwar il-każ, f’messaġġ lura wieġbu li hu kien qed jgħid biss it-tweġiba tal-Arċisqof Scicluna.

Madankollu fi tweġba lil ONE NEWS, il-Kurja qalet li l-Arċisqof ma kienx jaf b’dan il-każ u jumejn wara mar jiltaqa’ mal-familja tat-tifla u qal li kien se jkun hu li jagħmlilha l-Ewwel Tqarbina.

Dwar dan, il-kunsill konsultattiv dwar l-Awtizmu nnota l-li waqt li l-azzjoni tal-Arċisqof li jiltaqa’ mat-tifla u l-ġenituri tagħha tista’ tidher bħala azzjoni tajba, min-naħa l-oħra l-Kunsill qal li jippreferi jara lill-entitajiet u persuni involuti jieħdu l-opportunità qabel jerġa’ jiġri każ simili milli tittieħed azzjoni wara li jinqala għagħa fil-midja.

Qal li hija aktar minn sfortuna li dan il-każ spiċċa tefa’ liċ-ċkejkan Ella fuq pjattaforma nazzjonali meta seta’ jiġi evitat bl-użu ta’ riżorsi li diġà jeżistu. Waqt li sostna li ma jridx jippunta s-swaba’ lejn ħadd, qal li dan hu każ wieħed minn bosta ta’ esklużjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend